Saturday, December 21, 2024

Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Għawdex

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 12:00 p.m kien involut f’inċident fi Triq Marsalforn ix-Xagħra Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq lejn l-Isptar għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport