Illum, għall-ħabta tas-7.00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq San Leonardo, ir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura Daihatsu Terios misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti n-Nadur, Għawdex, inqalbet wara li ħabtet mal-bankina.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għallkura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.


