Monday, May 18, 2026

Iweġġa’ serjament wara li nqaleb bil-karozza fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 sena residenti l-Mosta qed isofri minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ il-Ħadd, għall-ħabta tal-11.30 p.m., fi Triq Louis Wettinger. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed isuq Volkswagen Golf u għal xi raġuni tilef il-kontroll, bil-konsegwenza li nqaleb bil-vettura. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, fejn imbagħad ittieħed l-Isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport