Sunday, November 24, 2024

Iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ rikatti għall-kisba tal-flus

Aqra wkoll

Clifford Garrett ta’ 35 sena residenti San Ġwann u Karen Grech ta’ 45 sena residenti r-Rabat ġew akkużati b’rikatti għall-kisba tal-flus. Fil-Qorti qalu li huma ma jaħdmux.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, il-Prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija kienu qegħdin jinvestigaw diversi rapport li saru bejn Ġunju u Settembru li għadda. Dawk saru minn irġiel li qalu li ġew avviċinati mill-akkużati fuq il-midja soċjali u rrikattawhom li jekk ma jibagħtulhomx il-flus, se jxerdulhom ritratti jew filmati bla ħwejjeġ.

Mill-investigazzjoni ħareġ li Karen Grech kienet tavviċina lin-nies fuq il-mezzi soċjali, filwaqt li Clifford Garret kien allegatament jiġbor il-flus. Huma ġew arrestati fit-13 ta’ Settembru li għadda waqt li kienu fir-residenza ta’ Karen Grech fir-Rabat.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja, fejn id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest ta’ Karen Grech, għax għandha fedina penali nadifa. Għal din it-talba l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat meta qalet li għad hemm numru ta’ xhieda li għad iridu jixhdu fosthom il-vittmi u anke l-qraba tagħhom.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak ċaħdet lill-mara l-ħelsien mill-arrest.

Sport