Saturday, December 28, 2024

Ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Birgu huma stmati li jitlestew fl-aħħar xhur tas-sena 2024

Aqra wkoll

Fil-gimgħat li għaddew tlestew il-proċeduri tal-akkwist tal-offerti pubbliċi u fil-ġranet li għaddew inbeda l-ewwel xogħol ta’ pavimentar fil-pjazza tal-Birgu. Sadanittant, ix-xogħlijiet relatati ma’ servizzi u pedamenti tal-pjazza għaddejin u huma stmati li jkunu lesti fl-aħħar xhur tas- sena 2024; suġġett għal-sejbiet oħra arkeoloġiċi li jaf jinstabu matul xogħolijiet ta’ skavar fil-kumplament tal-pjazza.

Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett fil-Parlament waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Bernice Bonello. Il-Ministru Bonett spjega li x-xogħlijiet qegħdin jiġu segwiti minn arkeologu, u b’komunikazzjoni kontinwa mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Qal li kwalunkwe sejbiet, qegħdin jiġu salvagwardjati skont l-ħtiega u skont id-direzzjoni tal-istess Sovrintendenza.

Il-Ministru tat-Trasport irrimarka li wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-proġett huwa li l-pjazza tingħata lura lill-pubbliku. Tenna li d-disinn tal-pjazza gie kkonsultat u maqbul ma’ diversi entitajiet, inkluż għaqdiet volontarji, residenti u l- komunita’ kummerċjali fiż-żona.

Ekonomija

Sport