Iż-żgħażagħ Maltin huma fost l-aktar mogħnijin b’ħiliet diġitali fl-Unjoni Ewropea

- Rapport tal-Eurostat

Aqra wkoll

Rapport li ġie ppubblikat mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea – Eurostat – jgħid li  iż-żgħażagħ Maltin huma fost l-aktar mogħnijin fl-Unjoni Ewropea kollha b’ħiliet bażiċi diġitali.

Il-Eurostat tirraporta li Malta għandha t-tielet l-ogħla rata mis-27 stat membru fejn 91.5% taż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-24 sena li għandhom għarfien tajjeb fil-qasam diġitali. Dan hu ferm aħjar mill-medja Ewropea ta’ 74.6%.

Iż-żgħażagħ Maltin jinqabżu biss minn dawk tad-Danimarka u r-Repubblika Ċeka, waqt li l-inqas rati ġew irreġistrati fil-Bulgarija u r-Rumanija, li jaqbżu bi ftit il-50%.  

Il-Ġermanja għandha rata ta’ ftit aktar minn 62% jew it-tielet l-inqas livell f’dan ir-rigward meta dan il-pajjiż hu meqjus bħala fost l-aktar żviluppati u mutur ekonomiku Ewropew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport