Wednesday, April 24, 2024

Jammetti għall-akkużi kontrih hekk kif irid jidħol il-ħabs

Aqra wkoll

Ali Ahmed Mohammed ta’ 24 sena mis-Sudan ġie kkundannat sena priġunerija wara li ġie akkużat b’serq fil-Qorti. Akkużi oħrajn kienu li kiser il-paċi pubblika u li jgħix ħajja ta’ għażż.

Il-pulizija qalet fil-Qorti li kienet irċiviet rapport ta’ serqa fil-Ħamrun. Waqt l-investigazzjoni fejn anke raw is-CCTVs l-Pulizija mill-ewwel identifikaw lill-imputat, għax ftit mumenti qabel kien qiegħed fl-għassa tal-Ħamrun minħabba li allegatament kien kiser il-paċi pubblika.

L-imputat fil-Qorti stqarr huwa jixtieq imur il-ħabs, u għalhekk ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih. Fil-każ kellu jintuża interpretu minħabba li Mohammed ma jafx Ingliż.

Il-Qorti sabitu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kkundannatu għal sena priġunerija. Ordnat ukoll li jsegwi programm b’rabta ma vizzju ta’ droga

Sport