Wednesday, March 27, 2024

Mit-Tnejn passiġġieri li jaslu miċ-Ċina jridu riżultat negattivi tal-COVID-19

Aqra wkoll

Mit-Tnejn li ġej kull passiġġier li jkun ġej miċ-Ċina biex jidħol f’Malta jrid jippreżenta riżultat negattiv tal-COVID-19. Dan sar magħruf permezz ta’ Avviż Legali li ħarġet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Kien ilbieraħ li ġie ppubblikat l-Avviż Legali numru 3/23 fejn intqal li għalkemm Malta m’għandix titjiriet diretti lejn iċ-Ċina, passiġġieri li l-vjaġġ tagħhom ikun beda minn hemm għandhom jippreżentaw riżultat negattiv li ma jkun ilu li ħareġ 48 siegħa. Tfal taħt il-11-il sena m’għandhomx bżonn dan ir-riżultat negattiv biex jidħlu f’pajjiżna.

Din hija l-ewwel miżura dwar il-COVID-19 li ddaħlet fis-seħħ minn Lulju li għadda hekk kif dakinhar Malta kienet neħħiet kull miżura li kien hemm.
L-Avviż Legali ġie ppubblikat wara li nhar l-Erbgħa saret laqgħa fl-Unjoni Ewropea fejn ġie rakkomandat biex il-pajjiżi kollha membri jdaħħlu t-tali miżura.

Diveri pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fosthom il-Ġermanja, Franza, l-Italja u Spanja diġà daħlu fis-seħħ il-miżura li kull passiġġier li jwasal miċ-Ċina jrid jippreżenta riżultat negattiv tal-COVID-19.

Ekonomija

Sport