Sunday, December 22, 2024

Jannar ra żieda ta’ 26.3% ta’ wasliet ta’ turisti f’pajjiżna

Aqra wkoll

F’Jannar li għadda l-għadda ta’ turisti li waslu f’Malta kien ilaħħaq l-172,021. Dan ifisser żieda ta’ 26.3% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Stastika li ġie ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istastika tgħid li matul Jannar kien hemm 159,807 turis li żaru Malta għal btala filwaqt li 8,030 turist ieħor ġew f’pajjiżna minħabba xogħol.

L-akbar għadd ta’ turisti kellhom bejn 25 u 44 sena. Dawn jammontaw għal 40.1% tat-turisti kollha li żaru pajjiżna filwaqt li dawk li kellhom bejn 45 u 64 sena jammontaw għal 30.4%.

L-aktar turisti li żaru pajjiżna kienu ġejjin mill-Italja, mir-Renju Unit u mill-Polonja hekk kif dawn kienu jammontaw għal 46.0% tat-turisti kollha li żaru pajjiżna.

Meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel, l-għadd sħiħ tal-iljieli mqattgħin Malta niżel bi 2.1%, u qabeż il-1.0 miljun lejl. Il-biċċa l-kbira taʼ dawn l-iljieli (79.4%) kienu mgħoddijin fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija. It-tul medju taʼ dawn iż-żjajjar kien jammonta għal 5.9 iljieli

F’Jannar 2024, in-nefqa sħiħa tat-turisti qabżet il-€109.9 miljuni, li hija żieda taʼ 10.9% fuq l-istess xahar sena qabel. L-infiq medju kull lejl kien stmat li kien €108.9.

It-turisti li żaru Għawdex u Kemmuna, kemm dawk li qagħdu għal matul il-jum kif ukoll dawk li raqdu hemm, ammontaw għal 61,493 jew 35.7% tat-turisti kollha.

Ekonomija

Sport