Tuesday, December 24, 2024

Jaqla’ daqqa ta’ arma li taqta u bil-ponta f’argument f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Raġel mill-Filippini li għandu 32 sena sofra ġrieħi gravi wara li qala’ daqqa ta’ arma li taqta u bil-ponta.

Il-pulizija fi stqarrija qalu li kien għall-ħabta tat-3.00am meta huma ġew infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni, kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument fi stabbiliment tax-xorb li jinsab fix-Xatt Ta’ Xbiex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li għall-ħabta tas-1.00am kien qam argument bejn numru ta’ persuni u raġel, li huwa mill-Filippini għandu 32 sena u residenti l- Marsa, ġarrab xi ġrieħi allegatament permezz ta’ arma li taqta u bil-ponta.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport