Saturday, May 4, 2024

Jeħel sentenza sospiża fuq frodi u serq

Aqra wkoll

Maċedonjan ta’ 41 sena ngħata sentenza sospiża wara li ammetta għall-akkużi relatati ma’ frodi u serq.

Vladimir Gjorgjievski, li huwa residenti San Pawl il-Baħar, ġie mixli li bejn it-18 u d-29 ta’ Lulju li għadda għamel qligħ b’qerq għad-dannu ta’ ħaddieħor u li seraq bieb ta’ garaxx, kif ukoll li fl-1 ta’ Awwissu 2023 allegatament hedded lil xi nies.

Qabel ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti tal-Maġistrati, ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, ikkunsidrat l-ammissjoni bikrija tal-imputat kif ukoll in-natura tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti għalhekk ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Xerri.

Sport