Saturday, May 4, 2024

Jibda jitneħħa l-ħut mejjet minn xmara fil-villaġġ ta’ Menindee fl-Awstralja

Aqra wkoll

Operazzjoni kbira ta’ tindif bdiet fl-aħħar sigħat biex jinteħħa kważi l-ħut kollu li hemm fix-xmara Menindee li tinsab fi New South Wales fl-Awstalja.

Uffiċjali li qed imexxu t-tindif qalu li se jkun diffiċli ferm biex il-ħut mejjet jinteħħa kollu minħabba li partijiet minnu diġà niżlu fil-qiegħ tax-xmara.

L-ammont ta’ ħut li hemm mejjet u ta’ miljuni kbar, hekk kif kull speċi li kien hemm tgħix fix-xmara mietet. Jidher li dan ġara hekk kif fiż-żona kien hemm mewġa ta’ sħana qawwija bil-konsegwenza li fix-xmara naqas l-ossiġnu u għalhekk il-ħut spiċċa miet kollu.

“Din hija operazzjoni diffiċli iżda trid issir mill-aktar urġenti… fix-xmara hu stamt li hemm miljuni kbar ta’ ħut mejtin. S’issa Menindee għad hemm ilma tajjeb tax-xorb, però jekk is-sitwazzjoni tibqa’ sejra għall-agħar l-affarijiet jistgħu jinbidlu,” qal il-Kmandant tal-Pulizija ta’ New South Wales Brett Greentree.

Hu kompla jgħid li “iżda rridu nkun sinċier mar-residenti ta’ dik il-komunità… qegħdin jistaqsu jekk hux kull ħuta se titneħħa. Mill-informazzjoni li għandu hu ferm diffiċli biex isir dan iżda se nagħmlu dak kollu posibbli biex jinġabar ħut kemm jista’ jkun.”

Sport