Friday, May 3, 2024

Il-Whip tal-Gvern jgħid li kien jistenna li l-Oppożizzjoni tagħmel apoloġija

Aqra wkoll

Sadanittant, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ilmenta mal-Ispeaker dwar xi ritratti li jidher li ttieħdu mill-Kamra u li ġew ippubblikati fuq ġurnal lokali. Huwa qal li wara dak li ġara, “jiena qed nifhem li mil-lum ‘il quddiem m’hemm bżonn tal-ebda permessi minn din il-Kamra u ritratti jistgħu jittieħdu mingħajr qbil.”

Min-naħa tiegħu, il-Whip tal-Gvern Andy Ellul qal li kien jippretendi li l-Oppożizzjoni wara dak l-aġir xejn dinjituż u wara r-ruling li fi kliemu “kkundannahom għall-aġir tagħhom” kien jistenna li tal-inqas jitolbu apoloġija.

Tkellem ukoll id-Deputat Laburista Randolph Debattista wara li qal li l-Onor. David Agius implika u staqsa jekk kienx hu li ħa dawn ir-ritratti. Min-naħa tiegħu, Debattista ċaħad li ħadhom hu.

“Niċħad li ħadthom jien. Jiddispjaċini li ma ħadthomx jien. Nassigurah li jekk jerġa’ jkun hemm dak l-aġir li joħorġu għan-nofs għalina iva neħodhom u nippubblikahom għax il-poplu għandu dritt ikun jaf,” qal Debattista.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia qal li se jkun qed jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu u anke se jagħti ruling f’dan ir-rigward.

Sport