Tuesday, December 24, 2024

“Jien kburi bikom! Meta sirt naf li ħija gay ma nbidel xejn bejnietna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jien kburi bikom! Ħija huwa gay… lilu u lill-għarus tiegħu nħobbom daqs id-dawl t’ għajnejja.” Hekk beda biex jgħid iż-żagħżugħ Wayne Pavia b’reazzjoni għal dak li ntqal fl-aħħar jiem fil-konfront ta’ persuni bisesswali.

Pavia jkompli li fil-familja għandu membri oħra li huma gays u li għalkemm ma jarahomx spiss għandu rispett lejhom ukoll. 

Pavia spjega dwar l-esperjenza tiegħu li għalkemm xi familji jistgħu jirreaġixxu b’mod differenti, meta sar jaf li ħuh kien gay ma nbidel xejn bejniethom. “Mhux talli hekk, talli sirna nitkellmu aktar u ċert li ħija lest jagħmel minn kollox jekk ikun jaf li għandi bżonn xi tip ta’ għajnuna”, jkompli ż-żagħżugħ.

Pavia għamel referenza għall-kumment ta’ Fr.David Muscat u stqarr li hija ħasra li persuna nkarigata biex tkun dixxiplu ta’ Alla jispiċċa jiżra’ mibegħda bi kliem daqstant iebes fejn jidħlu dawn in-nies. 

Min-naħa l-oħra huwa temm fuq nota pożittiva billi nnota li fortunatament illum il-ġurnata sar ħafna avvanz biex dawk il-persuni jħossuhom integrati u l-istigma naqset drastikament fejn jidħlu persuni gays.

Ekonomija

Sport