Tuesday, April 30, 2024

Jinbeda l-proċess biex tiġi riġenerata l-qalba tal-Port tal-Marsa

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tibda proċess biex iż-żona tal-Port il-Kbir, tul iż-żona tal-kosta tal-Marsa, tingħata viżjoni strateġika ġdida. Dan wara li l-Awtorità tal-Ippjanar bdiet il-proċess biex issir reviżjoni tal-ippjanar għaż-żona kollha.

L-Awtorità spjegat li minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha, matul l-aħħar deċennji, iż-żona ġiet industrijalizzata biex fost l-oħrajn isservi ta’ post ta’ tiswijiet tal-vapuri, l-immaniġġjar u d-distribuzzjoni tal-merkanzija, u ħażna tal-fjuwil fost attivitajiet oħra. 

B’riżultat ta’ dan, l-Awtorità qalet li ż-żoni urbani tal-inħawi ddeterjoraw bil-Marsa tesperjenza perċentwal għoli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ telf ta’ popolazzjoni.

Spjegat li l-ħsieb huwa li Albert Town jinbidel f’ċentru ta’ innovazzjoni ta’ kwalità għolja b’faċilitajiet u spazji għal start-ups. 

Fissret li parti mill-viżjoni strateġika hija li jiġi eskluż l-iżvilupp ta’ bini għoli minħabba l-pajsaġġ storiku fosthom tal-fortifikazzjoni.

Iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PA Martin Saliba rrimarka li l-futur ta’ dan iż-żona għandu jkun immexxi minn viżjoni li fiha jidħlu l-istakeholders kollha – residenti, mexxejja tal-komunità, il-komunità tan-negozju u l-Gvern. 

L-Awtorità tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dawn l-għanijiet proposti fuq l-indirizz elettroniku [email protected]. Din l-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni pubblika se tagħlaq fil-15 ta’ Jannar 2022.

Sport