Tuesday, April 30, 2024

Jindarab gravi f’inċident bil-mutur fil-Qrendi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.00p.m. fi Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport