Wednesday, December 25, 2024

Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur – miegħu kien hemm tifel ta’ 9 snin

Aqra wkoll

Serb ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Flimkien miegħu kien hemm tifel ta’ disa’ snin li weġġa’ ħafif.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00p.m. fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport