Saturday, December 21, 2024

Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel ġo siġra

Aqra wkoll

Żagħażugħ ta’ 27 sena minn Ħal Luqa kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kmieni għall-ħabta tas-1:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Nazzjonali fil-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħ, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura Daihatsu Sirion li kien qiegħed isuq u ħabat ġo siġra.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq sakemm seta’ jittieħed għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport