Fil-Parlament tqajmet il-kwistjoni tal-ispeed guns, bid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia jsaqsi lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kemm ġew mogħtija ċitazzjonijiet minn meta dawn ġew introdotti.
Il-Ministru Camilleri qal li jinsab infurmat li bdew jinżammu d-dettalji elettronikament fis-sistema LESA mis-sena 2020. Qal li fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 ingħataw 11,253 taħrika minn speed guns.
“Infurmat ukoll illi l-għola veloċita rekordjata li tinsab fid-data miġbura mill-LESA huwa ta’ 147km/h fi Triq M.A Vassalli, il-Gżira,” spjega l-Ministru Camilleri.