Wednesday, April 15, 2026

Jinqatel quddiem ibnu fl-Italja

Aqra wkoll

Giacomo Bongiorni ta’ 47 sena inqatel minn grupp ta’ persuni fis-sakra waqt li kien ma’ ibnu fi Piazza Felice Palma f’Massa ‘l fuq minn Pisa fl-Italja nhar il-Ħadd li għadda.

Jirriżulta li l-vittma ġie avviċinat minn għaxar adoloxxenti li kienu fis-sakra u bdew jagħtuh bl-addoċċ. Hu waqa’ mal-art u spiċċa ħabat rasu. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-vittma kien ma’ ibnu u ħuh. Dan tal-aħħar mar ikellem grupp ta’ persuni li kienu qegħdin jitfgħu flixken tal-ħġieġ lejn ħanut. 

Minflok ħadu t-twissija hu daru għalih, u hekk kif il-vittma ra lil ħuh jiġi attakkat intervjena u spiċċa nqatel hu stess.

Minkejja kull tentattiv biex jiġi salvat Bongiorni ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

L-allegat aggressuri għandhom bejn 16 u 18-il sena u ġew arrestati kollha mill-Pulizija Taljana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport