Għall-ħabta tas-12:45 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna wiċċha ‘l isfel fil-baħar qrib Kemmuna. Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minnaħa tagħhom marru fuq il-post fejn sabu raġel li deher mitluf minn sensih, tellgħuh l-art filPort tal-Imġarr, f’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-persuna huwa raġel ta’ 71 sena residenti x-Xewkija, Għawdex li aktar kmieni kien qiegħed jistad.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.