Sunday, May 19, 2024

Jintemm “assedju mdemmi” mill-al-Shabab f’lukanda wara 30 siegħa

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Forzi Somali qed isostnu li għelbu lill-militanti li daħlu f’lukanda fil-kapitali wara “assedju mdemmi”. 

Minn tal-inqas 12-il persuna nqatlu wara 30 siegħa ta’ attakki, għalkemm midja lokali fil-pajjiż irrapportaw li l-ammont ta’ mwiet jistgħu jkunu akbar. 

L-aggressuri użaw splussivi biex daħlu fil-lukanda Hayat nhar il-Ġimgħa li għadda qabel ħadu l-kontroll b’mod vjolenti u żammew lill-klijenti ostaġġi matul il-lejl.

Il-grupp estremista Iżlamiku al-Shabab ħa responsabilità tal-attakk. 

“Il-forzi tas-sigurtà temmew l-assedju u l-irġiel armati jinsabu mejta. Ma kellna l-ebda sparaturi mill-bini fis-siegħa li għaddiet,” qal uffiċjal li ma żvelax ismu mal-aġenzija tal-aħbarijiet AFP. 

Il-lukanda fil-parti l-kbira tagħha spiċċat meqruda wara bumbardament qawwi mill-forzi tas-sigurtà matul il-jum tal-Ġimgħa u anke s-Sibt filgħaxija, b’filmati juri splużjonijiet u duħħan ħiereġ minn fuq il-bejt tal-binja. 

Uffiċjal tal-Pulizija qal lil Reuters li ntużaw żewġ karozzi bombi biex inkiseb aċċess għal-lukanda nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Wara l-attakk inizjali, wesbite affiljata ma’ al-Shabab qalet li grupp ta’ militanti qed “iwettqu sparaturi każwali” wara li “daħlu bil-forza” fil-lukanda.

Il-forzi tas-sigurtà tħabtu biex jiksbu aċċess f’sular partikolari minħabba li l-irġiel armati, li kienu qed iżommu ostaġġi numru mhux magħruf ta’ nies, kien irrappurtat li bbumbardjaw ukoll it-taraġ li kien iwassal għall-istess sular. 

Sport