Thursday, December 26, 2024

Jintemmu l-gradwazzjonijiet ta’ Marzu fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-ċerimonji tal-Master u d-Dottorati tal-Università ta’ Malta ġew fi tmiemhom nhar il-Ħamis, 14 ta’ Marzu 2024, hekk kif madwar 1,500 student iċċelebraw is-suċċess akkademiku tagħhom matul il-ġimgħat ta’ Marzu.

Dan jinkludi numru rekord ta’ Dottorati din is-sena, total ta’ 66 student li kkonkludew b’suċċess iddottorat tagħhom. F’madwar ġimagħtejn ittellgħu 18-il ċerimonja fil-Bażilika ta’ San Duminku fil-Belt Valletta, fejn il-qraba setgħu jingħaqdu mal-gradwati hekk kif kisbu dan is-suċċess.

L-ewwel ċerimonja kienet iddedikata esklussivament għall-istudenti tad-Dottorati filwaqt li l-oħrajn kienu ddedikati għall-istudenti f’livell ta’ Master. Fost l-aktar korsijiet popolari kien hemm: il-Master Eżekuttiv fil-Ġestjoni tan-Negozju; il-Master taxXjenzi mill-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni, u l-Kontabilità; il-Master fil-Ġudikatura; id-Dottorat fil-Mediċina u l-Kirurġija; il-Master tax-Xjenzi mill-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa; u l-Master fil-Ħolqien u t-Tqassim tal-Għarfien.

Għall-ewwel darba ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni ġew imxandra direttament fuq Xejk TV, minbarra li kienu wkoll imxandra fuq il-mezzi soċjali tal-Università ta’ Malta.

Philip Mifsud u ibnu André kienu fost dawk li ċċelebraw meta ggradwaw flimkien b’Master filĠudikatura nhar it-Tlieta, 12 ta’ Marzu 2024. L-aħħar ċerimonja kienet iddedikata għal dawk li ggradwaw b’Master in Knowledge-Based Entrepreneurship miċ-Ċentru għall-Intraprenditorija u għall-Inkubazzjoni tan-Negozju, studenti li
ggradwaw b’Master tal-Arti mill-Istitut tal-Mediterran, u dawk li ggradwaw b’Master tal-Arti, Master tal-Arti fit-Tmexxija tal-Politika Pubblika, Master fix-Xjenzi Ekonomiċi, u l-Master Eżekuttiv filĠestjoni tan-Negozju mill-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni, u l-Kontabilità.

Hekk kif il-Jum Internazzjonali tal-Mara ħabat maċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, l-Università ppubblikat vidjow bl-isem ta’ ‘Bi gratitudni lin-nisa li għenuna naslu s’hawn’, li fih issemmiet Tessie Camilleri, l-ewwel gradwata mara ta’ Malta, filwaqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li għinuhom jiksbu s-suċċess tagħhom.
Il-gradwati nisa huma il-maġġoranza tal-gradwati kollha.

Fil-fatt 60.6% tal-gradwati b’Dottorat huma nisa filwaqt li 61.7% tal-gradwati b’Master huma nisa wkoll.

Kif saħaq ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred J. Vella, fl-ewwel indirizz tiegħu lillgradwati, “issa għandkom id-dmir li tgħinu lis-soċjetà li se tkunu parti minnha”.

Ekonomija

Sport