Monday, May 13, 2024

Jisraq il-passaport ta’ ħuh biex jitlaq minn Malta

Aqra wkoll

Raġel li seraq il-passaport ta’ ħuh waqt li kien rieqed u mbagħad ipprova jużah biex jitlaq minn Malta kien ikkundannat sentenza sospiża.

Hajmosa Abdelaziz ta’ 25 sena mis-Sirja tressaq ilbieraħ quddiem il-Maġistrat Victor G. Axiak fejn wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Abdelaziz kien arrestat fl-Ajruport internazzjonali ta’ Mata meta pprova juża l-passaport ta’ ħuh biex jivvjaġġa lejn Frankfurt, fil-Ġermanja. 

L-Uffiċjal Prosekutur, l-Ispettur Frankie Sammut qal li l-imputat kien ammetta magħhom li seraq dan il-passaport u li ħuh ma kienx jaf bil-pjanijiet tiegħu.

Spjega li Adbelaziz għandu karta tal-identità Ġermaniża li kien użaha biex jivvjaġġa minn Sqallija lejn Malta. Huwa wasal f’pajjiżna għaxart ijiem ilu biex jara lill-familjari tiegħu.

L-imputat qal lill-pulizija li kellu seduta fil-Ġermanja għal residenza permanenti u ma riedx jitlifha. Qal ukoll li ma kellux passaport u wera rimors għal dak li għamel.

Minkejja li l-Prosekuzzjoni talbet għal senntenza effettiva ta’ ħabs, il-Maġistrat Axiak ikkundannah sitt xhur ħabs sospiżi.

L-Avukat Jason Grima deher għal Abdelaziz.

Sport