Wednesday, December 25, 2024

Jistqarr li kommoss jappella għall-ġenerożità daqs l-ewwel sena tal-Presidenza tiegħu

L-ogħla awtoritajiet jappellaw għall-ġenerożità tal-poplu kollu

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervent li għamel waqt il-ftuħ tal-maratona, il-President ta’ Malta George Vella qal li minkejja li din kienet il-ħames u l-aħħar Istrina tiegħu ta’ din il-Presidenza, iħossu kommoss li għal darba oħra qiegħed jappella sabiex il-poplu jgħin lill-MCCFF. “Konvint li bħalma ġara fis-snin ta’ qabel se jkollna r-riżultati li kellna,” qal il-President Vella.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela fisser l-Istrina bħala ċelebrazzjoni ta’ tliet valuri li jissimbolizzaw lill-poplu Għawdxi u Malti – il-ġenerożità, is-solidarjetà u l-empatija.

Dr Abela sostna li l-ħniena tal-poplu tiddistingwina tul medda ta’ snin, li ħadd ma jkun indifferenti għat-tbatijiet li għaddej minnu ħaddieħor. Qal li l-iprem valur li jiddistingwih il-poplu huwa proprju dak li jħoss għal ħaddeħor. 

“F’din il-ġurnata ninsew id-differenzi li jista’ jkollna u ningħaqdu wara kawża waħda li qiegħed jagħtihielna l-President – iċ-ċelebrazzjoni ta’ mħabba biex fiha naħsbu f’ħaddieħor,” tenna l-Prim Mnistru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li “l-Istrina” hija opportunità oħra li permezz tagħha lkoll nistgħu nagħmlu l-ġid. Huwa sostna li din hi ġurnata ta’ solidarjetà li fiha bħala poplu Malti u Għawdxi ningħaqdu biex nagħtu l-flus sabiex bihom jgħinu lil dawk li għal raġuni jew oħra, is-sistema soċjali tagħna ma tkunx qed tilħaqhom.

Dr Grech semma kif matul is-sena jiltaqgħu ma’ diversi pazjenti jew nies b’diffikultajiet serji li jgħidulhom li mnalla kienet il-MCCFF għalihom. “L-appell tiegħi biex din id-darba nagħtu rigal aktar mis-soltu lill-President ta’ Malta biex jagħti rigali żgħar jew kbar lil ħutna Maltin u Għawdxin biex ikunu jistgħu jew jgħixu jew jgħixu ħajja aħjar,” tenna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Preżenti wkoll kien hemm l-Arċisqof Charles J. Scicluna u s-Sindku ta’ Ħal Kirkop Terence Agius.

Ekonomija

Sport