Sunday, November 24, 2024

Jitfakkar is-56 anniversarju mill-mewt ta’ Frenċ tal-Għarb

Aqra wkoll

Illum qiegħed jitfakkar is-56 anniversarju mill-mewt ta’ Frenċ tal-Għarb, raġel li ġibed lejh devozzjoni kbira. Eluf ta’ pellegrini kull sena jmorru fuq il-qabar tiegħu fis-Santwarju ta’ Ta’ Pinu f’Għawdex.

Frenċ twieħed fit-3 ta’ Diċembru tal-1892 fir-raħal tal-Għarb. Hu kien devot kbir tal-Madonna u kien jitkellem dejjem dwar l-imħabba li għandha lejn il-bniedem.

Kien ġej minn familja fqira ħafna, u għalhekk bħal ħafna ta’ dak iż-żmien ma kellux ix-xorti li jitgħallem l-iskola.

YouTube video

Mijiet kbar ta’ persuni kemm minn Għawdex u anke minn Malta kienu jmorru lejn l-Għarb f’każ li kellhom bżonn ta’ fejqan. Jingħad li Frenc kien jagħmel diversi tipi ta’ mediċina kollha magħmula mill-ħxejjex.

Minħabba li kien ifejjaq ħafna nies, it-tobba f’Għawdex kienu ftemu biex iressqu lil Frenċ il-Qorti kif fil-fatt kien ġara. Hu kien ġie akkużat li qiegħed jagħmilha ta’ tabib meta m’għandux liċenzja.

Każi oħrajn li fejn ħafna nies kienu jibqgħu skantati meta hu wriehom li kien jaf x’riedu mingħandu qabel ma qalulu. Frenċ kien ikun jaf il-ħajja moħbija tagħhom. Rakkonti minn dawn jeżistu ħafna. Mara minn Tas-Sliema tgħid hekk: “L-ewwel darba li mort għandu biex inkellmu, hekk kif rani, qalli f’mument wieħed ħwejjeġ li jiena u l-konfessur tiegħi biss konna nafuhom. Mill-ewwel bdejt inżommu b’qaddis.”

Sport