Thursday, April 25, 2024

Jitla’ għolja għal 50 darba b’tifkira ta’ bintu li twieldet mejta u biex jiġbor flus għall-karità

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Missier xtaq ifakkar il-memorja ta’ bintu, li mietet ġimagħtejn qabel ma kellha titwieled, billi tela’ fuq għolja li tinsab fil-West Yorkshire fl-Ingilterra għal 50 darba. Huwa temm din l-isfida wara 11-il siegħa.

L-ewwel tifla ta’ Ben Moorhouse u Gaynor Thompson, Kallipateira, twieldet mejta fis-26 ta’ Ottubru 2018.

Huwa temm l-isfida nhar is-Sibt biex jimmarka l-ġimgħa ta’ għarfien dwar min sfortunatament iġarrab it-telf ta’ tarbija li ssir kull sena bejn id-9 u l-15 ta’ Ottubru u biex fl-istess waqt jiġbor fondi għall-karità.

Ir-raġel ta’ 38 sena qed jiġbor flus għal karità bl-istem ta’ Tommy’s, li fost l-oħrajn qed tirriċerka l-kawżi u l-prevenzjoni ta’ korriment u twelid prematur.

“Kull pass li nagħmel huwa għal binti,” qal Moorhouse, filwaqt li stqarr li ma jħossx inqas uġigħ minn dak li ħass tliet snin ilu iżda jispera li dak li qed jagħmel f’isimha, jagħmel id-differenza filwaqt li enfasizza dwar l-importanza tar-riċerka.

F’Awwissu, is-Sur Moorhouse mexxa l-perimetru ta’ Rodi fil-Greċja bħala parti minn kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għall-istess karità u ġabar aktar minn £5,500.

Huwa qal li lesta 150 mil ta’ dik l-isfida fi “42 siegħa mingħajr irqad” fost temperaturi li laħqu kważi l-50 grad.

Sport