Raġel ta’ 65 sena residenti n-Naxxar ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati b’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa, Għajn Tuffieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Kawazaki, tilef il-kontroll u ħabat ma’ barikati tal-konkos.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.