Sunday, December 22, 2024

Jixtieq li waqt il-funeral ta’ ibnu jinġabru flus sabiex tinfetaħ dar għal tfal bl-awtiżmu f’Għawdex

Aqra wkoll

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ James, nhar l-Erbgħa, se ssir ġabra għall-Fondazzjoni Arka li tmexxi l-istess Dar Arka f’Għajnsielem u li ser tkun qed tikkonverti d-dar li kienet ta’ Joe Borg f’residenza speċjalizzata għal min huwa fuq l-ispektru tad-diżabilta u l-awtiżmu.

Dan qalu Joseph Micallef, missier it-tifel ta’ 3 snin li tilef ħajtu traġikament wara li għereq f’pixxina f’Għawdex. F’messaġġ fuq Facebook, qal li sar jaf li Joe Borggħamel ġest nobbli u ta d-dar tiegħu lid-Djoċesi ta’ Għawdex, sabiex Fondazzjoni Arka tkun tista’ tagħmel użu minnha għal respite għal dawk b’diżabilta u bl-awtiżmu.

Spjega li kull min hu tamparu u trabba x-Xagħra Għawdex jiftakar lil Joe Borg, is-superjur tal-Mużew. Dwar l-awtiżmu, Borg qal li huwa spektru, li mhux kulħadd jintlaqat bl-istess mod u bl-istess severita. Qal li hawn min jitkellem, filwaqt li wħud ma jlissnux kelma waħda. Irrimarka li James, it-tifel iż-żgħir li tilef ħajtu qatt ma sejjaħlu Papa. Huwa żied jgħid li ħuħ George ukoll qatt ma qal il-kelma papa.

Qal ukoll; “Min hu ġenitur ta’ xi ħadd bħal dawn l-anġli tagħna, jaf kemm enerġija u paċenzja trid għal magħhom. Jaf ukoll li lil hemm mil-lenti blu jew aħmar, f’Għawdex ma jeżistux servizzi ta’ sensory diet u multi sensory rooms offuti mill-istat (l-isptar). Jaf kemm hu meħtieġ li jkun hawn respite centre għal meta l-għejja tibda tinħass ġmiela. Dawn is-servizzi huma offruti f’Dar Arka”

Il-missier irrimarka li għal dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni, jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ dawn dettalji: MT31VALL22013000000040017808653

Ekonomija

Sport