F’Awwissu tas-sena li għaddiet l-impjiegi full time żdiedu b’aktar minn 18,000 meta mqabbel ma’ Awwissu tal-2022. Dan ħareġ minn ċifri uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO.)
Skont l-istastika ppubblikata jirriżulta li f’Awwissu tal-2023 in-numru ta’ ħaddiema full time f’Malta kien ta’ 275,000 persuna filwaqt li s-sena ta’ qabel kien hawn jaħdmu full time 256,000 persuna.
F’Awwissu wkoll tas-sena li għaddiet, l-attivitajiet ta’ servizz amministrattiv, ta’ sostenn u x-xogħlijiet marbuta mas-servizzi tal-akkomodazzjoni u l-ikel kienu l-aktar li wasslu biex ikun hawn żieda fl-impjiegi full time.