Tuesday, May 14, 2024

Jonqsu dawk jirreġistraw għax-xogħol f’Mejju

Aqra wkoll

F’Mejju li għadda, in-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 916, li jfisser tnaqqis ta’ 45 pesuna meta mqabbel mal-istess xahar tal-2022.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq informazzjoni provduta mill-JobsPlus tindika li kien hemm tnaqqis ta’ 16 u 29 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u Part 2 rispettivament.

It-tnaqqis fil-livelli tal-qgħad kien irreġistrat fil-maġġoranza tal-gruppi ta’ etajiet, esklużi dawk taħt l-20 sena.

Dawk li kien ilhom jirreġistraw għal inqas minn 21 ġimgħa u dawk li kien ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena naqsu meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Min-naħa l-oħra, persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol minn 21 sa 52 ġimgħa żdiedu meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

F’Mejju 2023, in-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 18 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel biex laħħqu l-224 persuna.

Sport