Thursday, April 25, 2024

Joseph Calleja jħassar l-impenn tiegħu f’La Traviata fi Munich minħabba operazzjoni li se ssirlu

Aqra wkoll

It-Tenur Malti – ta’ Fama Internazzjonali – Joseph Calleja fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ħabbar li kien se jħassar l-impenn tiegħu fl-Opra La Traviata li fiha kellu jinterpreta l-parti ta’ Alfredo.

L-Opra ta’ Verdi kelli ssir fit-Teatru Bayerischer Staatsoper fil-belt Ġermaniża ta’ Munich.

It-Tenut jgħid li hu mistenni li jirkupra mill-Gastroesophageal reflux li matul is-snin kompliet tigravalu fi ftit ġimgħat biss. Fil-fatt lis-segwaċi tiegħu qallhom li f’Ġunju se jkun qiegħed jieħu sehem fl-opra Parsifal fi tlett atti li kienet inkitbet minn Richard Wagner.

Għalkemm se jkun diżappunt għas-segwaċi tiegħu fi Munich hu wegħdhom li mhux se jdumu ma jerġgħu jisimgħu bih fil-belt Ġermaniża stess.

Sport