Thursday, March 28, 2024

Anzjan min-Nadur isfori ġrieħi gravi wara li ħabat f’ħajt ix-Xagħra

Aqra wkoll

Għall-ħabta tal-10.30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena li joqgħod in-Nadur, kien qiegħed isuq Toyota Yaris, tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport