Saturday, December 21, 2024

“Jum il-Mara sservi bħala tfakkira għad-dedikazzjoni biex inrawmu l-inklussività bejnietna”

Aqra wkoll

“Għalija, Jum il-Mara jissimbolizza kemm rikonoxximent tal-progress kif ukoll tfakkira tal-ġlidiet kontinwi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Filwaqt li idealment, kull jum għandu jkun hemm drittijiet ugwali, din l-okkażjoni sservi bħala tfakkira, u tħeġġiġna nikkonfermaw mill-ġdid id-dedikazzjoni tagħna biex inrawmu l-inklussività bejnietna”

Dan iddikjaratu l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli b’rabta ma Jum il-Mara. Hija qalet li din il-ġurnata għandna nkomplu niċċelebrawha bħala marka tal-vjaġġ tagħna lejn soċjetà aktar ġusta u ekwa.

Spjegat kif bħala politkanti, huwa d-dmir tagħhom li mhux biss jiċċelebraw Jum il-Mara iżda wkoll li jippromwovu b’mod attiv miżuri leġiżlattivi li jissalvagwardjaw id-drittijiet tan-nisa.

Dan bħal pereżempju l-liġi kontra l-isterilizzazzjoni sfurzata; liġi li se tkompli tħares id-drittijiet tan-nisa speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli u li daħlet propju fis-seħħ issa.

Il-Ministru Portelli żiedet tgħid; “Tali liġijiet huma kruċjali fil-ħolqien ta’ ambjent fejn in-nisa jkunu jistgħu jirnexxu mingħajr xkiel jew diskriminazzjoni.”

Ekonomija

Sport