Saturday, December 21, 2024

“Kacey hija l-magħżula tal-Mulej”

Aqra wkoll

“Kacey hija l-magħżula tal-Mulej.” Hemm stqarr il-Prim Konċelebrant Dun Joe Mamo waqt l-omelija li saret fiċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tat-tfajla Kacey Sciberras.

Ixxokjati. Mijiet ta’ żgħażagħ ma jistgħux jemmnu għal dak li kienu qegħdin jassistu. Lebsin ħwejjeġ bojod u kkuluriti li jirriflettu l-ħajja sabiħa li kienet tgħix Kacey.

Bil-kliem “Ħudni f’idejk… Kun int is-Sid ta’ Ħajti” bdiet iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Kacey Sciberras fil-Parroċċa ta’ Marija Addolorata, f’San Pawl il-Baħar. Fuq quddiem fil-Knisja omm u missier Kacey, li għadhom ma jistgħux jemmnu li tilfu lil binthom f’età daqshekk żgħira. Magħhom kien hemm ukoll ħuha.

Kacey hija t-tfajla ta’ 17-il sena mietet fl-inċident tat-traffiku nhar il-Ħadd li għadda filgħodu kmieni f’Ħ’Attard.

Dun Joe Mamo fl-omelija waqt li kien qiegħed jindirizza lill-vittma qal “ġabrek miegħu biex inti tkun fi ħdanu, u tkun fi ħdan ommna Marija li tant kont tħobb… Għax inti l-magħżula tiegħu”.

Is-saċerdot iddeskriva lil Kacey bħala żagħżugħa ferreħija, twajba ma’ kulħadd. “Ruħa għoġbot lil Mulej u għalhekk ġabara miegħu,” qal Dun Mamo.

Stqarr li Kacey dejjem ipprovat tgħix mill-aħjar u dejjem għamel dak kollu posibbli biex tgħin lil kull min taf. “Persuna ta’ qalb kbira li imħabbitha kienet għal kulħadd mingħajr distinzjoni għax hekk trabbiet mill-familja tagħha.”

Meta ġie biex jindirizza lill-ġenituri tagħha u anke lil ħuha, Dun Joe Mamo qal li “però minkejja kollox, aħna l-bnedmin ikollha ħafna domandi għaliex ġara hekk u bir-raġun nistaqsu lil Alla għaliex.”

“Imma għaliex ġara hekk meta Kacey kienet għadha daqshekk żgħira u ġbarta miegħek?… u għal dawn il-mistoqsijiet kollha Ġesù biss jaf it-tweġibha,” stqarr Dun Mamo.

Qal li għal dan kollu Ġesù jgħidilna… ‘ġabrta miegħi għax irrid inħaddan miegħi flimkien ma’ ommi Marija’.

Stqarr li l-firda hija kiefra. “Dwejjaq kbar imma ejja ma naqgħux qalbna għax aħna lkoll il-magħżulin minn Alla biex ngħixu tajjeb, ferħanin u kuntenti. Kacey ma tridx tarana mdejqin,” temm jgħid Dun Joe Mamo.

Ekonomija

Sport