Monday, May 13, 2024

Karozza tieħu n-nar f’Għajnsielem Għawdex

Aqra wkoll

Kien ftit wara t-8.00pm meta karozza ħadet in-nar fi Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem Għawdex. Il-każ seħħ ftit metri ‘l bogħod minn lukanda ewlenija f’Għawdex.

Fuq il-post marru l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li mill-ewwel bdew jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-karozza. Skont l-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li mas-sewwieq kien hemm persuna oħra.

Il-pulizija kienu fuq il-post wara ftit minuti fejn bdew jikkontrollaw it-traffiku minħabba li f’dawn il-ħinijiet ikun hemm diversi vetturi li jkunu neżlin lura lejn Malta.

Issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex ikunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni li kien hemm fil-karozza. Jidher li dawn involuti f’dan l-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi minħabba li hekk kif raw il-magna tal-karozza tieħu n-nar, waqfu b’mod immedjat u rnexxielhom joħorġu weħidhom mill-karozza.

Il-pulizija qiegħda tinvestiga dan il-każ.

Sport