Saturday, May 18, 2024

Kay Abad hija l-Filippina li mietet imkaxkra mill-baħar f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Kay Abad hija l-mara ta’ 43 sena li mietet traġikament nhar is-Sibt li għadda hekk kif tkaxkret mill-baħar f’Tas-Sliema. Il-katavru tagħha se jkun qed jittieħed lejn il-Finlandja fil-jiem li ġejjin.

Kienet oħt Kay li fuq il-midja soċjali kitbet messaġġ li fih qalet li din kienet mewta traġika wisq kerha għal Kay. Hija kienet flimkien mal-kollegi tagħha f’Tas-Sliema li huma kollha membri tal-ekwipaġġ.

Hija kienet impjegata mal-linja tal-ajru privata Smartlynx li kien jinsab f’pajjiżna.

Oħt Kay irringrazzjat b’mod speċjali lill-Forzi Armati ta’ Malta, lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei, lill-kollegi ta’ oħtha għall-għajnuna immedjata li wettqu fuq il-post, kif ukoll lill-membri tal-Korp tal-Pulizija. Barra minn hekk esprimiet apprezzament lejn dawk kollha li wrew sogħba għat-telfa ta’ Kay.

Finalment oħt Kay irringrazzjat ukoll lill-Konsolat tal-Filippini u l-Gvern Finlandiż.

Sport