Tuesday, April 30, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li sewwieq ta’ karozza baqa’ dieħel f’parapett fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-5:15 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 23 sena residenti Ħaż-Żabbar kien qiegħed isuq vettura Toyota Starlet, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo parapett ta’ dar. Miegħu fil-vettura kien hemm ukoll raġel ta’ 74 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-passiġġier u ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport