Monday, August 31, 2026
Home Sport Kemm hu verament tajjeb Roberto De Zerbi biex immexxi lil Tottenham Hotspur?

Kemm hu verament tajjeb Roberto De Zerbi biex immexxi lil Tottenham Hotspur?

0
70

Wara li Tottenham salvaw mir-relegazzjoni mill-Premier League fl-istaġun li għadda, il-club nefaq madwar £320 miljun fuq players ġodda bit-tama li jkollhom bidu differenti. Madankollu, telfiet kontra Brentford u Newcastle qajmu biżgħa li jistgħu jerġgħu jispiċċaw fi ġlieda għas-salvazzjoni

Tottenham saħħew id-difiża, il-midfield u l-attakk b’diversi akkwisti importanti, iżda l-prestazzjonijiet għadhom ma tjibux. Huma tilfu 3-0 kontra Brentford u mbagħad 2-0 kontra Newcastle, minkejja bidu tajjeb f’din l-aħħar partita.

Il-coach, Roberto De Zerbi, li wasal f’Marzu biex isalva lit-team, irnexxielu jżomm lil Tottenham fil-Premier League, iżda r-rekord tiegħu jibqa’ inkonsistenti. Minn disa’ logħbiet tal-kampjonat, kiseb biss tliet rebħiet, kontra Wolves, Aston Villa u Everton.

De Zerbi għandu esperjenza ma’ Brighton u Marseille, iżda t-tieni staġun tiegħu fi Franza kien diżappuntanti u tkeċċa wara telfa kbira ta’ 5-0 kontra Paris St-Garmain.

Issa, wara l-bidu ħażin ta’ Tottenham, qed jiżdiedu d-dubji dwar jekk De Zerbi huwiex verament il-coach adattat biex idawwar is-sitwazzjoni. 

Bil-partiti diffiċli kontra Nottingham Forest, Everton u Aston Villa li ġejjin, il-pressjoni fuqu qed tikber.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here