Fatih Tekke, il-coach il-ġdid ta’ Mohamed Salah ma’ Trabzonspor, ipprova jirriżenja wara t-telfa kbira ta’ 4-0 kontra Ferencvaros fil-UEFA Europa League. It-telfa fissret li Trabzonspor ġew eliminati b’aggregate ta’ 5-0 wara li kellhom bżonn idawru żvantaġġ ta’ 1-0 mill-ewwel leg.
Is-sitwazzjoni marret għall-agħar meta Ruslan Malinovskyi tkeċċa fl-ewwel minuti. Callum O’Dowda fetaħ l-iskor fid-19-il minuta, qabel Marius Corbu rdoppja l-vantaġġ ftit wara l-mistrieħ. Trabzonspor spiċċaw b’disa’ plejers wara li Sidny Cabral irċieva t-tieni karta safra. Salah inħareġ ftit wara s-siegħa, meta l-partita kienet diġà mitlufa.
Fi tmiem il-ġimgħa, Tekke ħa r-responsabbiltà u ħabbar li kien qed jirriżenja wara 18-il xahar fit-tmexxija. Madankollu, il-bord ta’ Trabzonspor irrifjuta r-riżenja tiegħu u kkonferma li se jibqa’ jmexxi lit-team.
It-telfa hija daqqa kbira għall-club wara sajf ambizzjuż ta’ akkwisti. Salah ingħaqad ma’ Trabzonspor wara li temm il-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool u allegatament qed jaqla’ £8.5 miljuni fis-sena. Il-club akkwista wkoll lil Fabinho u reġa’ ffirma lil Andre Onana b’self.
Salah lagħab erba’ partiti minn meta ngħaqad mat-team u diġà skorja darbtejn fir-rebħa 2-0 kontra Basaksehir.




