Tuesday, May 14, 2024

“Kien hemm ħafna Maltin … ħadt gost anke bi tfal li jiġu jistaqsu jistgħux jitfgħuli l-kuluri”

Il-Ministru Bonnici jitkellem dwar iċ-ċelebrazzjoni mal-komunità Indjana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uħud mill-iżjed esperjenzi sbieħ u li ngħożż huma avvenimenti kulturali li jtellgħu nazzjonijiet jew rappreżentanti ta’ komunitajiet f’pajjiżna. Iddikjara dan il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, il-Kultura, l-Arti u l-Kunsilli Lokali Owen Bonnici waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputata Laburista Rosianne Cutajar b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-komunità Indjana f’Malta.

Il-Ministru Bonnici qal jieħu pjaċir li jkun hemm politiċi miż-żewġ naħat tal-Kamra għal dawn l-avvenimenti għax dak ifisser li dawn il-persuni qegħdin isibu politiċi li jimpurtahom.

Il-Ministru qal li żar id-Durga Puja ftit tax-xhur ilu u anke ċ-ċelebrazzjoni Holi li fiha l-komunità Indjana tiċċelebra r-rebħ tat-tajjeb fuq il-ħażin. Bħala sinjal ta’ rispett il-membri jagħmlu sinjali ta’ kulur wieħed fuq l-ieħor u l-Ministru Bonnici qal li fil-preżenza ta’ ħafna Maltin u ħassu ferm sodisfatt bl-integrità li kien hemm. Tkellem fost l-oħrajn dwar ġenituri Maltin li adottaw tfal mill-Indja u li baqgħu jsaħħu l-kuntatt mal-komunità. Esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal sejħiet minn tfal li riedu jieħdu ritratti miegħu, ipoġġu ħdejh jew anke jitfgħulu l-kuluri. 

“Ħafna minnhom huma nies li jagħmlu xogħol utli f’pajjiżna fosthom fil-qasam tas-saħħa u oqsma speċjalizzati li bil-kultura nistgħu nkomplu nsaħħu din il-kreattività”, tenna Bonnici.

Sport