Wednesday, May 8, 2024

Issellem il-memorja ta’ binha sena mill-mewt tiegħu

Aqra wkoll

Bħal-lum sena miet Robert Azzopardi; żagħżugħ ta’ 20 sena li jumejn qabel kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Baħrija.

F’kumment li għamlet ommu fuq il-midja fakkret il-memorja ta’ binha u qalet li Robert se jibqa’ dejjem fi ħsiebha u dejjem ġo qalbha. “Se nibqa’ niftakar fik kull ħin u kull mument”, tenniet l-omm.

Fost dawk kollha li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm bosta persuni fosthom il-klabb tal-futbol ta’ Rabat Ajax.

Iż-żagħżugħ kien sofra ġrieħi serji li fil-5 ta’ Marzu għall-ħabta tas-6:45 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Bieb ir-Ruwa, il-Baħrija limiti tar-Rabat. 

Il-Pulizija tad-Distrett kienu marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħ, residenti l-Imtarfa kien tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peugeot, baqa’ dieħel f’siġra u nqaleb bil-vettura.

Sport