Friday, May 15, 2026

‘Kien unur li wera l-karattru u l-personalità tat-tim’ – Giorgos Katsaounis

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan MAA Daikin huma ċ-Vhampions tal-Kampjonat BOV Water Polo tax-Xitwa fid-Diviżjoni Premier wara rebħa bi skor strett ta’ 25-24 wara l-għoti tal-penalties fid-decider tal-Kampjonat kontra Sliema Techfinity Hub Ltd.

Il-kampjonat wasal f’konklużjoni drammatika wara li Sliema kisbu rebħa fuq San Giljan fl-aħħar rawnd tal-istaġun regolari biex ġabu l-punti daqs is-Saints fil-quċċata tal-klassifika. Iż-żewġ timijiet temmew il-kampanja b’rekords identiċi, u dan jenfasizza n-natura kompetittiva tal-Kampjonat Premier ta’ din is-sena.

Bit-titlu għadu mhux deċiż, kienet meħtieġa logħba tal-play-off bejn iż-żewġ naħat biex jiġu ddeterminati ċ-Champions, b’San Ġiljan finalment joħorġu rebbieħa.

Proprju rigward dan, dan is-sit tkellem mal-kowċ Grieg ta’ San Ġiljan, Giorgos Katsaounis, li tana iktar dettalji:

“Kien unur li wera l-karattru u l-personalità tat-tim!”

“Wara xitwa iebsa, b’esperjenza ġdida għall-organizzazzjoni kollha tagħna f’San Giljan minħabba l-ewwel parteċipazzjoni Ewropea tagħna, din ġiet konkluża bl-aħjar mod possibbli.”

“Qatt ma użajna l-iskuża li konna nieqsa minn ħafna plejers importanti għalina u bqajna naħdmu bis-sħiħ. Għal dan tifħir kbir imur għall-plejers tiegħi li flimkien komplejna jkollna fiduċja u fdajna fil-pjan!”

“Rigward l-aħħar żewġ logħbiet nemmen li t-tnejn kienu mill-aqwa għall-partitarji. Sfortunatament tlifna ċ-ċans li “nagħlqu” ż-żewġ logħbiet meta konna żewġ gowls minn fuq 3-4 minuti qabel it-tmiem tal-partita. Sliema huma tim tajjeb u ġġieldu bis-sħiħ iżda l-plejers tiegħi wrew is-superjorità tagħna billi baqgħu Champjons tal-Kampjonat tax-Xitwa!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport