Friday, May 15, 2026

Veterani: Floriana jirbħu l-BOV VMFA Trophy

Aqra wkoll

Floriana kisbu d-doppjetta ta’ suċċessi fil-futbol tal-veterani hekk kif wara li rebħu l-kampjonat, huma kisbu wkoll ir-rebħ tal-BOV VMFA Trophy. Fil-finali li ntlagħbet fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ , huma għelbu lil Hibernians 8-3.

L-ewwel taqsima kienet bilanċjata hekk kif wara li l-Greens marru minn fuq, kienu l-Pawlisti li skorjaw għal darba darbtejn sabiex marru minn fuq. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-iskor sar 2-2 hekk kif Floriana ġabu l-iskor indaqs.

Fit-tieni taqsima, il-Furjaniżi ħarġu aggressivi u skorjaw sitt gowls oħra qabel ma’ Hibernians naqqsu l-marġni tal-iskor.

Firas Aboulezz kien ta’ ispirazzjoni għal sħabu meta skorja erba’ gowls bi Diego Fernando Pereira li kien awtur ta’ doppjetta. Gilbert Scerri u Manolito Micallef għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Hibernians skorjaw il-gowls tagħhom minn Beppe Antignolo, Mark Abbosh u Daniel Fodermayer.

Fi tmiem il-konfront il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Floriana Veterans Manolito Micallef.

Referee kien Paul Apap.

Floriana għandhom iċ-ċans li jiksbu tripletta matul dan l-istaġun meta nhar l-Erbgħa li ġej jaffrontaw lil Gżira United fis-Super Cup.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport