Monday, May 20, 2024

Kontejners maqlubin u bini mġarraf kawża tal-maltemp

Aqra wkoll

Fortunatament ma kien rappurtat l-ebda każ ta’ persuna midruba kawża tal-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat.

Dan minkejja li fl-aħħar sigħat il-Port Ħieles kellu jingħalaq minħabba miżuri ta’ prekawzjoni b’ritratti li waslulna juru kontejners mwaqqgħin.

Fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara, ġġarfet parti minn residenza diżabitata li wkoll seta’ kellha konsegwenzi serji.

Intant l-Għawdxin jinsabu mnikktin bit-telfa ta’ parti mit-tradizzjoni hekk kif parti mill-ġebla tal-Ġostra fix-Xlendi sfat imġarrfa u spiċċat fil-baħar wara l-mewġ qawwi ta’ dan il-lejl.

Dawn huma biss ftit mill-inċidenti kkawżati fejn ilbieraħ filgħaxija kienet irrapurtata wkoll siġra li waqgħet għal fuq karozza f’Ħal Kirkop fost l-oħrajn.

Sport