Monday, November 2, 2026
Home Internazzjonali Koppja jmutu 33 siegħa wara xulxin

Koppja jmutu 33 siegħa wara xulxin

0
58

Koppja Ingliża mietu 33 sena wara xulxin hekk kif qraba tal-familja qalu li “l-mara ma feħlitx għall-mewt ta’ żewġha.

Doug u Jean Seabridge, minn Burton kien żżewġu f’Settembru tal-1973 wara snin sħaħ li kienu jgħidu li huma “l-aqwa ħbieb ta’ xulxin”

Kien fl-10 ta’ Ottubru li għadda meta Jean kitbet fuq il-midja soċjali li żewġha kien miet wara marda qasira li ħakmitu. Kienet qalet li kemm hi, il-familja tagħha u l-ħbieb huma mnikkta ħafna bil-mewt ta’ Doug.

Hekk kif għaddew 33 siegħa mill-mewt ta’ Doug, il-familja ta’ Jean kitbu li hija kienet mietet ukoll. “Meta miet Doug, Jean ħasset li ma setgħetx tgħix aktar minkejja s-sapport kbir li kellha mill-familja,” kitbet waħda mill-familja tagħha.

“Marru l-ġenna id f’id… flimkien… kif għexu għal dawn is-snin kollha,” temmet tkiteb qariba ta’ Jean.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here