Illum, għall-ħabta tal-11.30a.m. il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li, waqt li kien fuq il-mutur tas-servizz, kuntistabbli ta’ 48 sena nqabditlu siequ bejn il-bankina u trakk Daf li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 60 sena residenti Ħ’Attard.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.