Saturday, May 4, 2024

L-akkużati baqgħu jagħtuha l-vodka sakemm intilfet minn sensiha

…meta ġiet f’sensiha sabet li kienet fis-sodda mal-akkużat mingħajr ħwejjeġ

Aqra wkoll

Hekk kif kompla jinstema l-każ, xehed l-Ispettur Jonathan Cassar, li irrakonta dak kollu li intqal mill-vittma dwar dak li ġara matul il-lejl li seħħ l-allegat reat. Cassar qal li l-akkużat stieden lit-tfajla fl-appartament f’Tas-Sliema. Hemmhekk hija sabet lill-erba’ akkużati l-oħra, flimkien mat-tfajla tal-akkużat li wettaq l-allegat stupru.

Cassar żied jgħid li waqt li kienu fit-taxi, l-akkużati bdew jagħtuha l-Vodka u irrimarka li l-vittma spjegatlu li dak il-ħin intilfet minn sensiha. Huwa qal ukoll li meta qamet sabet ruħha mingħajr ħwejjeġ fis-sodda mal-akkużat fl-appartament tiegħu. Dak il-ħin l-akkużat kien qiegħed jippenetraha filwaqt li l-akkużati l-oħra li kienu qegħdin preżenti mingħajr ebda kunsens ħadu filmat tar-reat sesswali ta’ bejn il-vittma u l-akkużat.

Ħames żgħażagħ Belġjani u li tnejn minnhom huma minorenni tressqu l-Qorti akkużati b’reati ta’ sturpru, serq u sekwestru ta’ persuna. Dan l-allegat reat ta’ stupru seħħ matul il-lejl tal-1 ta’ Lulju. Huma kienu qegħdin f’pajjiżna fuq vaganza u huma lkoll studenti lura f’pajjiżhom. Huma lkoll jgħixu fi Brussell u f’pajjiżna kienu qed joqgħodu f’Tas Sliema.

Żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Belġjum tressaq il-Qorti fejn kien mixli li mingħajr il-kunsens tl-eks tfajla tiegħu ta’ 17-il sena wettaq att sesswali magħha, li żammha kontra l-volonta tagħha, li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħfif fuqha, talli wettaq att sesswali ma minorenni u talli ikkawżalha biża kbira.

Żagħżugħ ta’ 17 -il sena kien mixli li fl-istess dati, lok u ċirkostanzi ikkommetta serq ta’ mowbajl tad-ditta ta’ ġuvni ieħor.

Żagħżugħ ieħor ta’ 17 -il sena kien akkużat li kkaġuna ġrieħi fuq peruna ta’ identita maskili dakinhar li seħħ l-allegat stupru. Waqt li kien fil-Qorti, huwa wieġeb li huwa ħati għa l-akkuża kontrih. Wara li semgħet kemm lill-Prosekuzzjoni u anke lid-Difiża, il-Qorti sabet lill-ġuvni ħati u kundannatu sentenza sospiża għal tliet snin.

L-erba’ żgħażagħ f’daqqa flimkien kienu akkużati li żammew ġuvni ta’ 16 -il sena kontra l-volonta tiegħu, talli wettqu serq fuqu u li kienu vjoltenti miegħu. Huma kienu akkużati ukoll bl-intenzjoni li jakkużaw dwejjaq u ħsara emozzjonali, ħadu ritatti u filmati sesswali mingħajr ebda kunsens tal-persuna li tidher fil-filmat u talli minħabba l-istess każ kisru il-lejl ta’ mistrieħ tan-nies bi ħsejjes u bl-għajjat.

Aktar kmieni: Wieħed mill-akkużati jammetti l-akkużi u jingħata sentenza ta’ ħabs sospiża

Hekk kif kompla għaddej is-smigħ fil-konfront tal-ħames żgħażagħ, wieħed mill-akkużati ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu.

Hu ngħata ċ-ċans jerġa’ jikkunsidra dak li kien għadu kemm wieġeb fil-Qorti meta mistoqsi hux ħati jew le.

Wara li semgħet kemm lill-Prosekuzzjoni u anke lid-Difiża, il-Qorti sabet lill-ġuvni ħati u kundannatu sentenza sospiża għal tliet snin.

L-Avukati li qed jidhru għall-ħames żgħażagħ huma Dr Jason Azzopardi, Dr Josè Herrera, Dr Matthew Xuereb, Dr Stefano Filletti, Dr Gianluca Cappitta u Dr Franco Debono.

L-avukati difensuri ma talbuxgħall-ħelsien mill-arrest tal-erba’ akkużati u għalhekk inżammu taħt arrest

Aktar dettalji malli jaslulna…

Aktar kmieni: Żagħżugħ mixli li stupra lill-eks tfajla tiegħu ta’ 17-il sena waqt li sħabu żammewha kontra l-volontà tagħha

Fil-Qorti, ftit tal-ħin tressqu ħames żgħażagħ Belġjani, li wħud minnhom huma minorenni, fejn jinsabu akkużati b’reati ta’ sturpru, serq u sekwestru ta’ persuna.

Fis-seduta tal-Qorti s’issa ħareġ l-allegat reat ta’ stupru seħħ matul il-lejl tal-1 ta’ Lulju.

Ingħad ukoll kienu li jinsabu f’Malta fuq vaganza fejn kienu qed jgħixu temporanjament f’Tas Sliema, hekk kif ir-residenza permanenti tagħhom hija fi Brussell.

Wieħed mill-akkużati li għandu 20 sena jinsab akkużat li stupra lit-tfajla li għandha 17-il sena, li żammha kontra r-rieda tagħha filwaqt li kkawżalha grieħi u li heddidha li se tintuża l-vjolenza kontriha.

Sport