“B’reazzjoni għal dak li ntqal f’ċertu sezzjonijiet tal-midja, l-amministrazzjoni tixtieq tiċċara li hemm biss 8 każi kkonfermati ta’ Covid-19 u ebda sala mhu qegħda taħt kwarantina”.
Dan qalitu r-residenza San Vinċenz de Paul fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook. Intant fl-istess messaġġ intqal l-fatt li wieħed ixerred informazzjoni mhux ikkonfermata jista’ joħloq allarm bla bżonn.
Huma ħeġġu lill-pubbliku biex jafda biss sorsi uffiċjal għal informazzjoni veritiera u eżatt.