Monday, April 21, 2025

L-Arabja Sawdija trid tazza tad-dinja ta’ 64 tim

Aqra wkoll

L-Arabja Sawdija lesta li tospita t-Tazza tad-Dinja b’total ta’ 64 tim dejjem jekk il-FIFA taċċetta.

Il-CONMEBOL, li tieħu ħsieb il-futbol fl-Amerika t’Isfel, issuġġeriet li fl-edizzjoni tal-2030, li se ssir fi Spanja, il-Portugall u l-Marokk, jieħdu sehem 64 tim. Dan is-suġġeriment ma tantx intlaqa’ tajjeb mill-konfederazzjonijiet l-oħra li bħal donnhom oġġezzjonaw. Sadanittant fl-edizzjoni tas-sena li ġejja, li se ssir fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fil-Messiku, diġà se jieħdu sehem 48 tim

Diġà huwa kkonfermat li l-Arabja Sawdija se tospita l-edizzjoni tal-2034, deċizjoni li kienet ikkritikata ħafna minn organizzazzjonijiet minn ħafna kritiċi tal-futbol internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport